Aqbeż għall-kontentut

Żona Ekonomika Esklussiva

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Iz-zona ekonomika esklussiva hi qatgħa baħar tmiss mal-ibħra territorjali li fuqha Stat tal-kosta jkollu s-sovranità għall-ġestjoni tar-riżorsi naturali, ġurisdizzjoni fi kwestjonijiet ta’ installazzjoni u użu ta’ strutturi artifiċjali jew fissi, riċerka xjentifika, protezzjon u konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar.

Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq id-Dritt tal-Baħar ("United Nations Convention on the Law of the Sea", "UNCLOS"), iz-Zona Ekonomika Esklussiva tista’ testendi sa 200 mil nawtiku mil-linja-bażi (baseline) li minnha jitkejjel il-kobor tal-ibħra territorjali (territorial waters). Fil-każ li fih il-kobor tal-ibħra territorjali jkun ta’ 12-il mil, iz-Zona Ekonomika Esklussiva jista’ jkollha estensjoni massima ta’ 188 mil. Kif previst miz-"Zona kontigwa" — li, fejn teżisti, tkun tagħmel parti miz-Zona Ekonomika Esklussiva— iz-Zona Ekonomika Esklussiva, biex issir effettiva, trid tkun proklamata formalment fil-konfront tal-komunità internazzjonali.

Regolamentazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Iz-Zona Ekonomika Esklussiva għandha valur merament funzjonali u tassenja biss lill-Istato tal-kosta il-jedd li jisfrutta r-riżorsi tal-kolonna t'ilma li tinsab fuq qiegħ il-baħar, u għalhekk ma tikkontemplax il-jeddijiet l-oħrajn kollha marbutin mal-baħar territorjali. Għal dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi tal-qiegħed u tas-sottoswol tal-baħar, l-UNCLOS tiddefinixxi l-istitut tal-Pjattaforma kontinentali. Fil-każ ta’ stati ġirien jew imissu, jintuża l-kriterju tal-ekwidistanza (ħlief ovvjament jekk il-partijiet jiftehmu mod ieħor), jiġifieri jinstab il-punt ekwidistanti bejn iż-żewġ linji-bażi tal-ibħra territorjali rispettivi. Fi kliem ieħor, jidħlu fiz-zona esklussiva l-punti kollha tal-baħar li jkunu l-eqreb għall-kosta ta’ Stat meta jitqiesu ma’ dawk ta’ Stat ieħor. Dan il-prinċipju iżda ma ġiex aċċettat bħala konswetudinarju fid-Diritt Internazzjonali u allura ma jgħoddx awtomatikament bejn l-Istati kollha. Ngħidu aħna, fis-Sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tal-20.2.1969 dwar id-delimitazzjoni tal-pjattaforma tal-Baħar tat-Tramuntana, ġie preferut il-ftehim, li jrid neċessarjament ikun ibbażat fuq l-ekwità, bejn l-Istati.

Is-sisien taz-Zona Ekonomika Esklussiva

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq id-Dritt tal-Baħar inkiteb mill-International Law Commission tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u ġiet adottata f’Montego Bay nhar il-10 ta’ Diċembru 1982. Xi Stati għadhom ma aderixxewx għall-Konvenzjoni; fost dawn hemm l-Eritrea, l-Iran, Iżrael, il-Libja, l-Istati Uniti u t-Turkija. L-Istati Uniti, iżda, japplikaw l-UNCLOS f’dawk il-partijiet li jirriflettu d-Dritt Internazzjonali konswetudinarju, rikonoxxuti bis-saħħa tal-ġurisprudenza tal-Qrati Internazzjonali kompetenti[1].

Fil-Mediterran

[immodifika | immodifika s-sors]

Sal-aħħar tas-snin 90 tas-seklu 20, l-ebda pajjiż tal-Baħar Mediterran ma kien ipproklama Zona Ekonomika Esklussiva, minkejja li kellhom kull jedd. Ir-raġuni kienet l-aktar minn konsiderazzjonijiet ġeografiċi: f’ebda punt tal-Mediterran il-kosti ma huma bogħod ta’ aktar minn 400 mil jew iżjed mill-kosti tan-naħa l-oħra li huma ta’ Stat ieħor. Kien hemm ukoll raġunijiet ta’ opportunità, pereżempju biex ikun evitat li jiġi ddisturbat l-istatus quo minħabba l-possibilità ta’ tilwim bejn il-Greċja u t-Turkija. Il-Mediterran kien ikkaratterizzat għalhekk minn zoni mifruxin ta’ baħar għoli, u kien hemm biss zoni limitati riżervati għas-sajd, bħalma hi z-Zona Ekonomika Esklussiva Maltija ta’ 25 mil. Lejn l-aħħar tas-seklu 20, dan il-prinċipju ġie mminat b’iniziattiva ta’ xi Stati:

  • 1994: zona riżervata għas-sajd mill-Alġerija
  • 1997: zona ta’ protezzjoni tas-sajd ta’ Spanja
  • 2003: zoni ta’ protezzjoni ekoloġika ta’ Franza; zona ta’ protezzjoni ekoloġika u tas-sajd tal-Kroazja
  • 2005: zona ta’ protezzjoni tas-sajd tal-Libja
  • 2006: zona ta’ protezzjoni ekoloġika tal-Italja

Ingħatat spinta lill-ħolqien ta’ Zona Ekonomika Esklussiva mill-politika ta’ ġestjoni tar-riżorsi tal-baħar tal-Unjoni Ewropea bl-iskop li jitwaqqaf is-sajf illegali magħmul mill-bastimenti tas-sajd Ażjatiċi.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]

D.J. Attard, The Exclusive Economic Zone in International Law, Clarendon Press

  1. ^ Oxman, Bernard H. (2008). "International Tribunal for the Law of the Sea - exclusive economic zone - arrest of fishing vessel - duty of prompt release on bond - effect of confiscation of vessel - international standards of due process of law". American Journal of International Law (bl-Ingliż). 102 (2): 316–322. doi:10.2307/30034542.
pFad - Phonifier reborn

Pfad - The Proxy pFad of © 2024 Garber Painting. All rights reserved.

Note: This service is not intended for secure transactions such as banking, social media, email, or purchasing. Use at your own risk. We assume no liability whatsoever for broken pages.


Alternative Proxies:

Alternative Proxy

pFad Proxy

pFad v3 Proxy

pFad v4 Proxy