Miley Cyrus
Miley Cyrus | |
---|---|
Informazzjoni ġenerali | |
Isem sħiħ | Destiny Hope Cyrus |
Twieled |
23 ta' Novembru 1992 Nashville, Tennessee, Stati Uniti |
Oriġini | Los Angeles, California, Stati Uniti |
Ġeneru | Teen pop, dance-pop, bubblegum pop, pop rock |
Snin ta' attività | 2003–preżent |
Sit uffiċjali | www.mileycyrus.com |
Miley Ray Cyrus[1] (twieldet bħala Destiny Hope Cyrus fit-13 ta' Novembru 1992)[2], magħrufa aktar bl-isem tal-arti Miley Cyrus, hi attriċi, kantanta, u liriċista Amerikana. Cyrus hi magħrufha aktar fl-irwol prinċipali bħala Miley Stewart/"Hannah Montana" fis-serje televiżiva Hannah Montana fuq Disney Channel.
Cyrus kisbet il-popolarità speċjalment wara li s-serje Hannah Montana ddebutta f'Marzu tal-2006. Wara dan is-suċċess, f'Ottubru tal-istess sena, ħarġet CD bi tmien kanzunetti tagħha li kantat matul is-serje. F'Diċembru 2007, skont Forbes, hi kienet is-sbatax il-persuna l-aktar sinjura ta' taħt il-25 sena, bi qligħ annwali ta' US$3.5 miljun.[3] Minn Diċembru 2007, hi qed taħdem f'film bħala parti minn Hannah Montana, bl-isem ta' Hannah Montana: The Movie li se joħroġ fl-1 ta' Mejju 2009.[4]
Il-karriera bħala solista bdiet permezz tal-album debuttanti, Meet Miley Cyrus fit-23 ta' Ġunju 2007. It-tieni album tagħha, Breakout ħareġ fit-18 ta' Ġunju 2008, li kien l-ewwel album ta' Miley li ma kellux il-konċessjoni ta' Hannah Montana.
Il-ħajja tal-bidu
[immodifika | immodifika s-sors]Cyrus twieldet f'Nashville, Tennessee,[5] it-tifla ta' Leticia "Tish" (née Finley) u l-kantant tal-country Ray Cyrus.[6] Hi għandha żewġt aħwa subien, Trace, kitarrista u korista mal-grupp Amerikan Metro Station, u Braison, kif ukoll żewġt aħwa bniet, Noah, li hi wkoll attriċi, u Brandi, kitarrista ta' Hannah Montana. L-isem veru ta' Miley hu Destiny Hope (tradott bil-Malti għal destin u speranza), minħabba li l-ġenituri tagħha kienu jaħsbu li meta tikber għad tagħmel affarijiet kbar.[6] Cyrus kisbet il-laqam "Miley" minħabba li meta kienet żgħira kienet kontinwament titbissem, u mill-kelma bil-lingwa Ingliża Smiley (li tfisser titbissem) ħareġ dan il-laqam.[6]
Karriera bħala attriċi
[immodifika | immodifika s-sors]Cyrus bdiet tinteressa ruħha fir-reċtar fl-età ta' disa' snin meta l-familja kienet residenti għal ftit f'Toronto, Ontario, fil-Kanada. L-ewwel rwol bħala attriċi kien fis-serje televiż Doc ta' missierha, fejn hi ħadmet il-parti ta' tifla żgħira bl-isem ta' Kylie.[6][2] Fl-2003, hi ħadmet fil-film ta' Tim Burton Big Fish, u wara kienet ukoll parti mill-vidjo mużikali ta' Rhonda Vincent mis-silta "If Heartaches Have Wings".
Karriera ma' Disney
[immodifika | immodifika s-sors]Cyrus kellha tnax-il sena meta għamlet l-awdizzjoni għal Disney għall-irwol prinċipali ta' Miley Stewart/Hannah Montana u kif ukoll għall-irwol tal-aqwa ħbieb tal-istess serje,[7] imma l-eżekuttiv ta' Disney Channel iġġudikawaha li hi wisq żgħira. Madanakollu, Cyrus kienet persistenti fix-xewqa tagħha li tkun parti ta' Hannah Montana, u għalhekk Disney għajtulha lura għal aktar awdizzjonijiet. Skond l-Viċi-President Eżekuttiv ta' Disney Gary Marsh, Cyrus kienet magħżulha minħabba l-enerġija u l-vivaċità li kienet toffri u kienet tidher bħala persuna li "tħobb kull minuta tal-ħajja".[8] Hi qattgħet diversi snin biex taqtal-aċċent tan-Nofsinhar, imma fl-aħħar Disney riedu li terġa' tqajmu. Cyrus, attwalment, għandha l-irwol prinċipali ta' Miley Stewart f'Hannah Montana. Hi wkoll tesebixxi fil-karattru ta' Hannah Montana għall-albums u l-kunċerti tagħha.
Cyrus, fl-2007, għamlet gamew żgħir fil-film għat-televiżjoni High School Musical 2, fejn żifnet qabel it-tmiem. Cyrus kienet ukoll ospitu bħala Yatta fis-serje The Emperor's New School ta' Disney Channel.
Fl-1 ta' Mejju 2009 mistenni li joħroġ il-film ta' Hannah Montana, Hannah Montana: The Movie , fejn se jkun prodott minn missier Cyrus (kemm fis-serje u anki fil-ħajja reali), Billy Ray Cyrus.[9]
Cyrus kienet mistiedna biex tippreżenta l-kanzunetta "That's How You Know" mill-film Enchanted fil-Premji Oscar 2008. Fid-9 ta' April 2008, Miley Cyrus dehret fis-serata ta' ġbir ta' fondi ta' American Idol f'Idol Gives Back, u hi stqarret lill-udjenza li kienet il-ħolma tagħha li xi darba tidher fuq American Idol. F'Ġunju 2008, kien ġie mħabbar li Miley se tospita u tkanta fit-Teen Choice Awards.[10]
Karriera mużikali
[immodifika | immodifika s-sors]Albums
[immodifika | immodifika s-sors]Walt Disney Records ħarġu l-ewwel album ta' Hannah Montana, fl-24 ta' Ottubru 2006. Dan kien jinkludi tmienja mill-kanzunetti li Cyrus kantat bħala Hannah Montana. Cyrus iffirmat ftehim rekord ta' erba' albums ma' Hollywood Records għall-albums tagħha. L-album wara kien reġa' ħareġ darbtejn. Cyrus fetħet għal The Cheetah Girls fl-2006, fejn esebixxiet f'20 data mid-39 serata li kellhom ippreparti.[11]
Fis-26 ta' Ġunju 2007, eżattament tmien xhur wara l-publikazzjoni tal-ewwel album, Cyrus ħarġet album doppju, Hannah Montana 2: Meet Miley Cyrus. L-ewwel disk serba bħala t-tieni album ta' Hanna Montana, waqt li t-tieni disk kien l-album debuttanti ta' Cyrus bħala solista. Hi kitbet tmien kanzunetti minn għaxra, li kienu mniżżlin taħt l-isem tat-twelid Destiny Hope Cyrus.
Sena wara, Cyrus ħarġet it-tieni album taħt isimha. Breakout hu l-ewwel album ta' Miley Cyrus mingħajr ebda konnessjoni ma' Hannah Montana, fejn dan l-album kien jinvolvi s-silta "7 Things" li għenitha titla' fil-quċċatta tal-klassifiki.
Kunċerti
[immodifika | immodifika s-sors]Cyrus kantat kemm bħala hi nnifisha u kemm ukoll bħala l-karattru ta' Hannah Montana fil-Best of Both Worlds Tour fl-Amerika ta' Fuq li beda mit-18 ta' Ottubru 2007 f'St. Louis, Missouri; dan kien estiż sal-31 ta' Jannar 2008 minħabba d-domanda kbira li kien hemm, fejn spiċċa biex saru 69 data, 14 aktar min-numru previst. Il-Jonas Brothers kienu l-att tal-ftuħ għal ħafna mill-kunċerti.[12] Il-biljetti ta' kull kunċert kienu jiġu mibjugħa f'rekord ta' ħin wara li jkunu ħarġu għall-bejgħ, fejn iddiżappunta numru kbir ta' ammiraturi.[13] Dawn il-kunċerti li saru ġew irrikordjati u ħarġu fiċ-ċinema, fejn il-film ġabar $8,651,758 fil-ġurnata tal-ftuħ u kompla sakemm wasal sa $31,117,834 sa tmiem il-ġimgħa, fejn b'hekk sar l-aktar film bi qligħ mal-ewwel tmiem il-ġimgħa li ħareġ f'inqas minn 1000 ċinema. Fis-26 ta' Lulju 2008, kien maħruġ minn Disney Channel.[14] Minkejja li l-film baqa' sejjer biss għal ġimgħa, Disney estendew il-wiri tal-film indefinitivament minħabba domanda mill-ammiraturi.[15]
Kontroversji u skandli
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-24 ta' Settembru 2007, kien hemm għajdut jiċċirkonda li Cyrus kienet tqila.[16] Il-kawża ta' dan l-għajdut kienet stampa fuq paġna ta' J-14 Magazine li kienet qed tiċċirkonda fuq l-internet, fejn kien hemm ukoll li Miley kienet stqarret l-għajdut fuq it-tqala waqt intervista ma' J-14.[17] J-14 stqarrew li din l-istorja kienet "kompletament fabbrikata".[18] L-istorja vera kienet dwar id-drawwiet ta' Miley, li ntqalu min-nies tal-produzzjoni fis-set ta' Hannah Montana.
F'Jannar 2008, deher fuq YouTube, vidjo li juri lil Cyrus, fil-parti ta' Hannah Montana, li tkanta fil-Best Of Both Worlds Tour. Wara ftit minuti fil-vidjo, il-ballerin jgħin lil Cyrus toħroġ minn fuq il-palk fejn għattiha permezz ta' biċċa drapp sewda. Wara ftit sekondi, minn bieb, tidħol tfajla oħra liebsa bħalha li tieħu postha u tispiċċa l-kanzunetta li Miley kienet qed tkanta. Fil-11 ta' Jannar 2008, il-maniġer ta' Miley ikkonferma li l-vidjo ma kienx falz u li effettivament kienet tiġi wżata sostituta fl-aħħar żewġ minuti tal-kanzunetta "We Got The Party" biex b'hekk Miley tkun tista' tneħħi l-parrokka ta' Hanna Montana u terġa' tilbes b'mod li terġa' takkwista l-personalità ta' Miley.
Fi Frar 2008, Miley għamlet servizz fotografiku għal Vanity Fair b'liżar tas-sodda biss jagħtti l-parti ta' fuq tal-ġisem, b'darha jkun viżibbli.[19] L-intenzjoni vera tar-ritratt kien dak li jipproponi serje ta' ritratti ta' nudità artistika, imma l-pubbliku ma tantx laqa' tajjeb il-messaġġ artistiku u b'hekk, f'Mejju 2008, qam skandlu li spiċċa bl-iskużi min-naħa tal-istilla.[20]
Filmografija
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Titlu | Rwol |
---|---|---|
1999 | Big Daddy | Julian McGrath |
2003 | Doc | Kylie |
Big Fish | Ruthie (8 snin) | |
2006–preżent | Hannah Montana | Miley Stewart/Hannah Montana |
2006 | The Suite Life of Zack and Cody | Miley Stewart/Hannah Montana |
2007 | The Replacements | Ċelebrità (vuċi) |
High School Musical 2 | Tifla fil-pixxina | |
The Emperor's New School | Yata (vuċi) | |
2008 | Best of Both Worlds Concert | Hannah Montana/Hi stess |
Bolt | Penny (vuċi) | |
Disney Channel Games | Hi stess | |
2009 | Hannah Montana: The Movie | Miley Stewart/Hannah Montana |
Diskografija
[immodifika | immodifika s-sors]Albums
[immodifika | immodifika s-sors]Informazzjoni fuq l-album | Kanzunetti tal-album |
---|---|
Hannah Montana OST (bħala Hannah Montana)
|
|
Hannah Montana 2:Meet Miley Cyrus (bħala Hannah Montana)
|
|
Breakout (bħala Miley Cyrus)
|
|
Can't Be Tamed | |
Bangerz | |
Miley Cyrus & Her Dead Petz | |
Younger Now | |
She Is Coming | |
Plastic Hearts |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Miley Turns Her Back On Destiny" (bl-Ingliż). E! Online. 2008-05-21. Miġbur 2008-05-12.
- ^ a b "Miley Cyrus biography" (bl-Ingliż). AOL. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-21. Miġbur 2008-08-04.
- ^ "Forbes Magazine Top 20 Under 25" (bl-Ingliż). Miġbur 2008-08-04.
- ^ McClintock, Pamela (2008-02-20). "Disney unveils 2009 schedule" (bl-Ingliż). Variety. Miġbur 2008-08-04.
- ^ Dokumenti mill-Qorti Superjuri ta' Los Angeles fuq il-bidla tal-isem. PDF (paġna 4).
- ^ a b ċ d Hiltbrand, David (2006-05-20). "Miley Cyrus braced for Disney stardom" (bl-Ingliż). signonsandiego.com. Miġbur 2008-08-05.
- ^ ""'Hannah Montana' Livin' the Rock Star Life! DVD Review"" (bl-Ingliż). Disney DVD Reviews. 2006-10-20. Miġbur 2008-08-05.
- ^ Oldenburg, Ann (2006-03-23). "Lifelong work pays off, says Miley Cyrus, 13" (bl-Ingliż). USA Today. Miġbur 2008-08-05.
- ^ 'Hannah Montana' Film In Development (Ingliż)
- ^ "Official Teen Choice Awards" (bl-Ingliż). teenchoiceawards.com. Miġbur 2008-08-05.
- ^ Craig Rosen (2006-09-25). "Disney's Cheetah Girls keep girl power alive" (bl-Ingliż). Washington Post. Miġbur 2008-08-06.
- ^ Walt Disney Records u Hollywood Records (2007). "The Hannah Montana / Miley Cyrus ``Best of Both Worlds Tour Confirms 14 New Dates to Sold-Out Nationwide Tour" (bl-Ingliż). Business Wire 2007. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-12. Miġbur 2008-08-06.
- ^ Westbrook, Bruce (2007-08-17). "How much would you pay for Hannah Montana tickets?" (bl-Ingliż). Houston Chronicle. Miġbur 2008-08-06.
... every show in every city, no matter how small, has sold out in minutes.
- ^ "Movies With the Fewest Theaters to Debut at #1 at the Box Office" (bl-Ingliż). boxofficemojo.com. Miġbur 2008-08-06.
- ^ Scott Bowles (2008-02-03). "Hannah Montana concert film earns extended theater stay" (bl-Ingliż). USA Today. Miġbur 2008-08-06.
- ^ "Miley Cyrus Pregnancy Rumors Circulating". transworldnews.com. 2007-09-24. Miġbur 2008-08-06.
- ^ Charles Winters (2007-09-23). "Is Hanna Montana star Miley Cyrus really pregnant?" (bl-Ingliż). gaysocialites.com. Miġbur 2008-08-06.
- ^ "Despite rumors, Miley Cyrus Is Not Pregnant" (bl-Ingliż). MSNBC News. Miġbur 2008-08-06.
- ^ "Miley Cyrus topless controversy" (bl-Ingliż). news.com.au. 2008-08-28. Miġbur 2008-08-06.
- ^ Brook Barnes (2008-04-28). "A Topless Photo Threatens a Major Disney Franchise" (bl-Ingliż). nytimes.com. Miġbur 2008-08-06.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Miley Cyrus (Miley Cyrus) |